Ħadd ma weġġa’ meta vann, li jgħabbi pazjenti tal-Isptar Mater Dei, sar ħuġġieġa nar. L-inċident seħħ ftit qabel is-sebgħa ta’ dalgħodu fuq il-flyover tal-Marsa, direzzjoni lejn it-telgħa ta’ Triq Garibaldi.
Filmati esklussivi ta’ ONE News juru li l-ewwel li qabad in-naħa ta’ quddiem il-vann, sakemm imbagħad sar ħuġġieġa waħda.
In-nirien ġew ikkontrollati fi ftit ħin mill-pumpieri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, waqt li t-triq ingħalqet għat-traffiku minn uffiċjali ta’ Transport Malta minħabba l-periklu.
Ix-xufier u passiġġier, l-uniċi li kienu fuq il-vann, immedjatament kitbu fuq il-midja soċjali u qalu li l-vann ma kienx tal-iskola. Huma irringrazzjaw lil Transport Malta, il-Protezzjoni Ċivili, il-Pulizija u tim mediku li assistew b’mod immedjat.
Eventwalment it-triq infetħet u t-traffiku beda miexi b’mod normali.