L-istorja waqt is-sensiela tal-epoka ‘PREZZ L-IMĦABBA‘ tkompli bis-sitt episodju din il-ġimgħa. Fl-episodju ta’ din il-ġimgħa naraw kif Grezzju jsir jaf xi ħaġa importanti dwar bintu filwaqt li Bastjan jara lil missieru għall-ewwel darba, iżda ma tantx donnhom li ser jibdew fuq sieq tajba.

Lola tiftaħ qalbha ma’ bintha Lilly dwar il-ħajja iebsa li kellha u Francesca u Gejtu rnexielhom jsibu lil Ronnie, forsi fl-aħħar jgħixu kuntenti u jkomplu fejn ħallew żmien ilu.
PREZZ L-IMĦABBA jixxandar il-Ħamis 13 ta’ Frar fid-9:15pm, b’repetizzjoni l-Ħadd 16 ta’ Frar fis-2:15pm fuq ONE