L-attivista dwar il-klima Greta Thunberg inżammet mill-Pulizija waqt protesta barra raħal fil-Punent tal-Ġermanja.
Hija kienet qed tipprotesta ma’ attivisti li qed ifittxu li jwaqqfu r-raħal abbandunat ta’ Lützerath milli jitwaqqa’ għall-espansjoni ta’ minjiera tal-faħam.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija qalet mal-mezzi tax-xandir li Thunberg ma ġietx arrestata u se tiġi rilaxxata wara li ċċekkjaw l-ID tagħha. Skont il-Pulizija, hija nżammet wara li grupp li kienet parti minnu ġera lejn it-tarf ta’ minjiera. Ikkonfermaw ukoll li dawk kollha miżmuma fil-grupp se jinħelsu mingħajr akkuża ladarba l-identitajiet tagħhom ikunu ġew iċċekkjati.