Waqt festival prestiġjuż bħalma huwa Mużika Mużika, bla dubju jkun hemm ċertu eċitament u sens ta’ kompetizzjoni qalb u bejn il-parteċipanti kollha, b’mod partikolari l-kantanti nnfushom.
Glen Vella, ir-rebbieħ ta’ Mużika Mużika tas-sena li għaddiet, xtaq li jawgura lis-semifinalisti b’mod differenti. Filfatt Glen iddeċieda li ftit minuti qabel kulħadd jitla’ fuq il-palk, fil-kmamar ta’ wara l-palk (Backstage) iqassam xi ħaġa żgħira, iżda sinifikanti lis-semifinalisti nfushom
Ara hawn x’qasam u x’għamel Glen:
Din l-idea ħelwa u inizjattiva ta’ awgurju mir-rebbieħ tal-aħħar edizzjoni ta’ Mużika Mużika intgħoġbot sew mal-parteċipanti nfushom. Glen Vella fetaħ l-ewwel serata ta’ Mużika Mużika 2022 meta nterpreta silta qasira u b’arranġament differenti tal-kanzunetta ‘Ħarsa Biss’ li s-sena l-oħra tagħtu t-titlu ta’ rebbieħ.
Ara hawn lil Glen Vella waqt il-ftuħ ta’ Mużika Mużika 2022