F’filmat fuq il-midja soċjali, bint il-Prim Ministru Giorgia Mae għamlet appell speċjali għal dawn iż-żminijiet ta’ festi.
Dan ftit tal-jiem wara li ġiet imħabbra għal sena oħra l-inizjattiva ‘Rigal bi Mħabba’, bil-għan li kulħadd ikollu rigal f’dan il-Milied.
Giorgia Mae qalet li r-rigali taħt is-Siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja jistgħu jibdew jitpoġġew mit-12 ta’ Diċembru sal-21 ta’ Diċembru.
Qalet ukoll li fl-20 u l-21 ta’ Diċembru fi Pjazza Kastilja se jkun hemm villaġġ tal-Milied, miftuħ għall-familja kollha.