Xemx taqli l-ankri u baħħ.
Dawn kienu x-xeni fit-toroq Maltin, speċjalment fl-irħula fejn bħal-lum kienu jsiru l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira.
Fejn is-soltu ma jkunx hemm fejn toqgħod labra, illum ma deher ħadd.
Crew ta’ ONE News żar Raħal Ġdid, Bormla u ż-Żejtun, postijiet li ta’ hemm tradizzjoni kbira marbuta mal-Ġimgħa l-Kbira.
Riżultat tal-imxija tal-Coronavirus, qajla sibna xi ħaġa marbuta mal-Ġimgħa l-Kbira, għajr għal xi ftit bandalori, pavaljuni u bnadar jperpru mezzasta.
Dawk li dawn iż-żminijiet ikunu qed jistennew ta’ kull sena jkollhom jistennew sena oħra, bit-tama li dan iż-żmien jgħaddi u Ġimgħa l-Kbira oħra tasal biex tiġi mfakkra l-passjoni ta’ Kristu, bil-vari li jintrefgħu għal triq twila, b’devozzjoni liema bħalha.