Fl-inawgurazzjoni tal-iskola l-ġdida f’Wied il-Għajn b’investiment ta’ €6 miljun, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo xejjen għalkollox il-kritika tal-Oppożizzjoni fil-qasam edukattiv.
Fl-aħħar xhur l-Oppożizzjoni allegat li t-tfal qegħdin jattendu għal-lezzjonijiet fil-kontejners, b’referenza għall-pre-fabricated classrooms li qed jintużaw fl-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar sakemm titlesta l-iskola l-primarja l-ġdida fil-Qawra. Klassijiet mgħammra bl-aqwa faċilitajiet tant li l-Unjin Maltija għall-Għalliema, l-MUT, approvat ujkoll l-użu tagħhom.
Mistoqsi mill-ġdid dwar dawn il-klassijiet, il-Ministru Bartolo staqsa b’ċiniżmu lill-ġurnalist tal-midja Nazzjonalista jekk għoġibtux il-binja li l-Oppożizzjoni qed issejjaħ bħala “kontejners”.
Intant matul l-inawgurazzjoni, il-Perit responsabbli mill-proġett Joseph Attard sostna li l-iskola l-ġdida ta’ Wied il-Għajn hija l-ewwel skola li nbniet mill-bidu nett bħala skola.