Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tal-operatur stess, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati għaliex instab li fihom ingredjent li potenzjalment fih l-Ethylene oxide.
Deskrizzjoni tal-prodott | Vanilla & Chocolate Swirl |
Dittà | Milka Mini |
Piż | 6 x 50ml |
Data tad-durabbilità | 31/03/2023 |
Lott | PL1084 |
Deskrizzjoni tal-prodott | Vanilla & Chocolate Swirl |
Dittà | Milka |
Piż | 100ml |
Data tad-durabbilità | 31/01/2023 |
Lott | MI1009031001, MI1009032501, MI1009032502, MI1009034501, MI1009034602, MI1009035801 |
Deskrizzjoni tal-prodott | Gelato al gusto cioccolato-miele con cioocolato |
Dittà | Toblerone |
Piż | 6 x 50ml |
Data tad-durabbilità | 28/02/2023 |
Lott | PL1042 |
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali spjega li l-Ethylene oxide huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropea, iżda hu awtorizzat f’pajjiżi barra l-UE. Għalkhemm il-konsum tal-prodott mhux ta’ riskju immedjat, hemm riskju ikbar jekk ikel differenti li jkun ikkontaminat b’din il-kimika jittiekel għal perjodu ta’ żmien.
Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista’ jkun il-konsum ta’ prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f’livell baxx. Din it-twissija qed tinħareġ ukoll wara li kien hemm qbil bejn l-istati membri hekk kif rappurtat fuq https://ec.europa.eu/food/system/files/2021-07/rasff_ethylene-oxide-incident_e410_crisis-coord_sum.pdf.