L-Awtorità tax-Xandir ħabbret li għada, jekk it-temp se jippermeti, se jsiru xogħlijiet fuq it-Torri tal-Għargħur.
Ix-xogħlijiet ser jibdew fid-09:00 u se jdumu bejn wieħed u ieħor xi tliet sigħat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-trażmissjoni tar-radju tista’ tkun interrotta f’xi ħinijiet minħabba dawn ix-xogħlijiet. Jekk ix-xogħol jitlesta qabel, it-trażmissjoni tirritorna għan-normal qabel il-ħin previst.
L-Awtorità tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.