Kompliet tisħon il-qiegħa fit-tellieqa għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali ġdid Nazzjonalista.
Dan wara li kompliet toħroġ fid-deher il-pressjoni kbira u l-manuvri mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech u mill-fazzjoni estremista sabiex jaqtgħu qalb Stefan Caruana, milli jikkontesta għat-tieni l-ogħla kariga fil-ġerarkija tal-Partit Nazzjonalista.
Dan biex l-eks Segretarju Privat ta’ Lawrence Gonzi, Charles Bonello jkun jista’ jtellaq waħdu għal din il-kariġa.
F’intervista fuq ir-radju tal-Knisja, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ma ddejjaq xejn jgħid li għandu l-għażla tiegħu, f’tentativ ieħor biex jaqtgħu qalb l-istess Caruana.
Iżda l-Kap Nazzjonalista ma waqafx hemm, tant li f’botta oħra fil-konfront ta’ Caruana, ma ddejjaq xejn jgħid li mhux kulħadd tajjeb għal kollox.