Hemm ħafna risposti jistennewkom fit-tieni staġun ta’ IL-KLINIKA. Fost dawn ir-risposti, naraw min hu missier it-tfal ta’ Svetlana? Apparti r-risposti, se naraw ukoll karattru ġdid f’dan l-istaġun li se jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa.

RG3Productions qed jaħdmu biex it-tieni staġun ikompli jwassal din l-istorja mimlija intriċċi lis-segwaċi ta’ ONE. It-tieni staġun se jwassalna minn Ottubru sa Diċembru bl-imħuħ wara IL-KLINIKA Martin Grech u Clayton Pace jgħidulna li ħadmu tant biex dan l-istaġun ikun aqwa mill-ewwel wieħed. L-ewwel episodju tat-tieni staġun se jixxandar l-Erbgħa 2 t’Ottubru fid-8:45pm fuq ONE.
Intant, hawn tista’ ssegwi s-sigla uffiċjali tat-tieni staġun ta’ IL-KLINIKA