Sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew dwar l-immigrazzjoni rat tifħir lejn pajjiżna għal mod kif għal darb’oħra, permezz tal-Prim Ministru Joseph Muscat, waslet għal soluzzjoni f’nofs kriżi ta’ immigrazzjoni. Kien il-Kummissarju Ewropew Dimitris Avrampolous li f’diskussjoni plenarja beda billi tkellem dwar Malta.
“I wish to commend Malta as one of our small member states for demonstrating such solidiraty. And I plan to visit Malta very soon”.
Iżda, minkejja din is-soluzzjoni u tnejn oħra li Malta kienet parti minnhom fis-sajf li għadda, bħalma qal il-Prim Ministru l-Ħadd li għadda, il-Kummissarju Ewropew ukoll insista li l-Unjoni Ewropea ma tistax tibqa’ tfittex soluzzjonijiet għal kull każ li jinqala’.
Kienu bosta l-Membri tal-Parlament Ewropej li tkellmu dwar il-fatt li l-Unjoni Ewropea baqgħet m’għaddietx mill-paroli għall-fatti f’dawk li huma mekkaniżmi ta’ solidarjetà. Għalkemm il-ħidma setgħet kienet effettiva f’oqsma oħra bil-Kummissarju Ewropew ifakkar li l-wasliet fl-Ewropa naqsu drastikament.
“The number of migrants today, nowhere near those three years ago. 90% less than last year. And yet the political resistance seems bigger”