Kmieni dalgħodu komplew l-ispezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari f’pajjiżna, fil-Ħamrun u l-Marsa. Waqt dawn l-ispezzjonijiet, il-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, sabu 29 persuna li kienu qegħdin jgħixu Malta b’mod irregolari.
Dawn il-persuni – mis-Senegal, il-Ghana, il-Gambja, l-Afganistan, is-Senegal, il-Mali, l-Eġittu u s-Sirja – ittieħdu f’Ċentru ta’ Detenzzjoni fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż. Il-Pulizija flimkien mal-awtoritajiet qed jinvestigaw ukoll lil min ħaddimhom u min krielhom il-propjetà.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fl-aħħar ġimgħat, l-awtoritajiet wettqu diversi minn dawn l-operazzjonijiet bi bl-iskop li jinfurzaw il-liġi. Dawn l-ispezzjonijiet se jkomplu fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.