Tard f’Sibt il-Għid, hekk kif fil-Knisja jinstemgħu l-qniepen iħabbru l-qawmien ta’ Ġesu’ Kristu, b’mod spontanju fil-Pjazza tal-Birgu jibdew jinġabru n-nies għall-Begigga.
Din hija tradizzjoni li tmur lura ħafna snin fejn grupp ta’ nies b’mod spontanju jinġabru fil-pjazza tal-Belt Vittoriosa b’ammont ta’ oġġetti u jduru mat-toroq tal-lokal f’nofs ta’ lejl jagħmlu l-istorbju.
Il-Begigga nibtet wara li raġel b’dan il-laqam, insterqitlu l-mogħża lejliet l-Għid, u t-tfal tal-Birgu kienu ħarġu jkantaw u jdoqqu t-tanbur wara l-quddies ta’ Sibt il-Għid.
Il-Viċi Sindku tal-Birgu, Christopher Cassar xerred dan il-filmat tal-Begigga 2022: