Nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Mejju fit-8:00pm ġewwa l-Librerija Nazzjonali ta’ Għawdex, il-Fundazzjoni Classique ser tkun qed torganizza taħdita dwar il-kompożitur Giacomo Puccini fl-okkazzjoni tal-100 sena mill-mewt tiegħu.
It-taħdita bl-isem ta’ Giacomo Puccini and Italian fin-de-siècle opera ser tkun immexxija minn wieħed mill-aqwa musikologi internazzjonali fil-qasam tal-istudji Puċċinijani, Prof. Dr. Jurgen Maehder.
L-entratura hija mingħajr ħlas u wieħed jista jirriserva post billi jibgħat email: puccini100.classique@gmail.com.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, Prof. Dr. Maehder u martu Prof. Dr. Ki-Ming Lo ser ikunu qed jagħtu żewġ lectures dwar Puccini u Mahler rispettivament lill-istudenti tal-mużika fl-Universita’.
Dawn it-taħditiet huma parti minn serje ta’ avventimenti li l-Fondazzjoni Classique qed torganizza biex tiċċelebra’ dan l-anniversarju. Dawn l-avvenimenti jiġu fi tmiemhom propju b’kunċert vokali u orkestrali bl-isem ta’ Puccini 100 – Anniversary Concert.
Dan il-kunċert tant mistenni ser jittella ġewwa t-Teatru Astra, Victoria, Għawdex nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru fis-7:30pm u ser jieħdu sehem fih żewġ kantanti ta’ fama mondjali, l-Malta Philharmonic Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Joseph Debrincat. Booking: www.teatruastra.org.mt.
Dawn l-avvenimenti huma mtella’ bil-kollaborazzjoni sħieħa tad-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, t-Teatru Astra, Visit Malta, l-Universita’ ta’ Malta, NDSF u l-Fond għal-Kawzi Soċjali.