Hekk kif illejla ser jintlagħab l-ewwel lig tas-Semi Finali tal-UEFA Champions League ta’ Liverpool kontra Roma f’ Anfield, diversi Maltin li jissimpattivaw mal-Liverpool u li huma bil-bosta qegħdin preżenti f’ din il-Belt sabiex illejla ssegwu din il-partitissima.
Iżda mhux biss, dawn ħasbu biex qabel il-logħba jiltaqgħu kollha f’ daqqa u jorganizzaw dik li qed isejħula ‘Festa Maltija’.
Minn jiem qabel il-logħba l-titjiriet lejn din il-belt fl-Ingilterra kienu diġà bbukjati, tant li bosta kellhom jaqbdu titjiriet għal bliet oħra fil-viċin u jużaw il-ferrovija u mezzi ta’ trasport oħra.
Din il-festa bdiet għal ħabta ta’ wara nofs in-nhar fejn il-briju tal-Maltin żdied ma’ dak Ingliż frott l-eċitament li se toffri din il-logħba.
L-‘Iscourers’ kif inhu msejjaħ il-poplu ta’ Liverpool iddeċidew li joffru trasport b’ xejn bejn iċ-Ċentru u Anfield li jinsab ftit tal-kilometri ‘il barra.
Intant, it-tieni lig bejn dawn iż-żewġ timijiet ser jintlagħab bħal għada ġimgħa fi ‘Stadio Olympico’ f’ Ruma, fejn mistennija jitilgħu bosta Maltin hekk kif inhuma l-ħafna Maltin li jissimpattizzaw maż-żewġ timijiet.
Tant hu hekk, li t-titjiriet kollha lejn Ruma huma kollha bbukjati.