Ir-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja, l-Arġentina, ġew milqugħa minn folol ferħana fl-ajruport ta’ Buenos Aires u llum it-Tlieta ġie iddikjarat btala fil-pajjiż.
It-tim, li għeleb lil Franza fil-finali tal-Ħadd, wasal l-Arġentina fis-02:24 ħin lokali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-partitarji ħonqu t-toroq hekk kif il-plejers ivvjaġġaw fuq xarabank bis-saqaf miftuħ, lejn il-kwartieri ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol tagħhom.
Iċ-ċelebrazzjoni ewlenija se tkun fil-monument tal-Obelisk tal-belt kapitali f’nofsinhar ta’ hemm.
Lionel Messi mexxa lit-tim hu u ħiereġ mill-ajruplan, li kellu l-istampa tiegħu fuq denbu.