Fekruna tal-baħar ġiet salvata minn persuna ta’ qalb tajba wara li weħel magħha ammont ta’ plastik u xlief mormi fil-baħar. Bħalissa fl-Unjoni Ewropea għadejja diskusjoni sabiex jiġu pprojbiti prodotti magħmula minn plastic li jintużaw għal darba biss. Fost il-prodotti hemm, straws, bżieżaq, cotton buds u frieket u skieken tal-plastic.
Dawn il-prodotti li għal xi raġuni qed jispiċċaw mormija fil-baħar qed jikkawżaw danni kbir fl-ekosistema tad-dinja u qed twassal għall-qerda ta’ numru kbir ta’ annimali tal-baħar.