Il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, ħabbret l-iskeda ta’ titjiriet għas-sajf li ġej; b’għoxrin destinazzjoni, aktar minn tlett elef titjira u ħames mija u tmenin elf seat li diġà bdew jinbiegħu.
Bejn Mejju u Ottubru, l-Air Malta qed tippjana li ttir lejn għoxrin belt, ewlenin fosthom Amsterdam, Brussell, Katanja, Londra, Ruma, Pariġi, Vjenna u Zurich.
It-titjiriet lejn l-ajruporti kollha huma soġġetti għall-ftuħ ta’ kurituri siguri.
Fi stqarrija, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-kumpanija qal li s-saħħa u s-sigurtà tal-klijenti jibqgħu prijorità u l-linja tal-ajru se tkompli tirrispetta r-rekwiżiti kollha tas-saħħa tal-pajjiżi rispettivi.
Kull min jixtieq jixtri biljett jista’ jagħmel dan minn fuq is-sit www.airmalta.com, iżur l-uffiċċju tal-bejgħ fl-ajruport jew iċempel fuq 21662211.