Hekk kif minn nhar it-Tnejn li ġej, se tibda ddur klinika mobbli f’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż, tħabbar kif din se tkun qed tħabbar.
Dan tħabbar fuq il-midja soċjali mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Hawnhekk intqal kif din il-klinka se tibda taħdem bejn id-9:00 ta’ filgħodu u 12:00pm.
Din il-klinika se tkun qed taħdem hekk:
• 19 ta’ Lulju: Technopark, il-Mosta;
• 21 ta’ Lulju: viċin il-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun;
• 23 ta’ Lulju: ħdejn l-għassa tal-pulizija ta’ San Ġiljan;
• 27 ta’ Lulju: quddiem il-Parlament fil-Belt Valletta;
• 28 ta’ Lulju: quddiem il-Parlament fil-Belt Valletta; u
• 29 ta’ Lulju: quddiem il-Parlament fil-Belt Valletta.
Barra minn hekk, minn nhar it-Tnejn li ġej ukoll, jistgħu jmorru jitlaqqmu wkoll ġewwa ċ-ċentru ta’ tilqim fl-Università mit-Tnejn sas-Sibt u fiċ-Ċentru Aurora f’Għawdex mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Il-ħinijiet se jkunu bejn it-8:30am u t-3:00pm.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet it-Tlieta, id-Deputat Prim Ministru qal kif dawn il-miżuri se jwasslu biex dawk li għandhom ma tlaqqmux kontra l-Covid-19, ikunu jistgħu jitlaqqmu.