Filmat li qed jinxtered fuq il-midja soċjali juri ammont xokkanti ta’ plastik fit-toroq Maltin li kawża tal-maltempata qawwija, inġema’ mal-ġenb tat-triq. Diversi persuni wrew dispjaċir għal dan, speċjalment minħabba l-fatt li ammonti kbar ta’ plastik fit-triq jista’ jkollhom riperkussjonijiet koroh fuq il-bniedem.