Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex joqgħod jekk se jmur jgħum, dan minħabba twissja ta’ riħ qawwi li beda s-Sibt waranofsinhar u mistenni jkompli jippersisti l-Ħadd filgħodu għalkemm mistenni jnaqqas xi ftit.
Wieħed qed ikun imwissi biex jevita l-bajjiet fejn jaqbel ir-riħ minħabba l-mewġ għoli fejn jaqbel. Għal dan il-għan bosta bajjiet li jinsabu fil-Punent tal-pajjiż għandhom il-bandiera l-ħamra.
In-nies qed ikunu mħeġġa jaraw din il-mappa qabel imorru jgħumu:
Ritratt: It-temp Madwarna/ Facebook