Il-Ħamis 27 ta’ Frar tkompli s-sensiela PREZZ L-IMĦABBA fuq ONE, fejn fit-8 episodju naraw lil Francesca tmur għand Gejtu biex tgħidlu li deċidiet xi ħaġa.
Fl-episodju ta’ din il-ġimgħa, naraw kif fl-aħħar Grezzju jirnexielu jsib lit-tifla, imma l-istorja mhux faċli.
Waqt PREZZ L-IMĦABBA se naraw familja ġdida: Marsel, Frans u Manswetu. Familja sinjura li għandom tifel wieħed. X’se tkun l-istorja tagħhom?
It-8 Episodju ta’ PREZZ L-IMĦABBA jixxandar il-Ħamis fid-9:15pm, fuq ONE b’repetizzjoni l-Ħadd fis-2:15pm.