Il-kumpanija Waste Electrical and Electronic Equipment Malta se tiġbor, titratta u tirriċikkla ħames mija u sitt tunnellati ta’ skart elettroniku goff bħal fridges, freezers u water heaters, sabiex l-ikbar ċentru tar-rimi tal-iskart goff fl-Imrieħel issa qed jizvojta.
WEEE Malta tirrappreżenta tlett mija u tmenin kumpanija li jimpurtaw prodotti elettroniċi u għandhom l-obbligu li jiffinanzjaw il-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ ta’ dawn il-prodotti meta jintremew.
Wettqet dan fl-aħħar ġimgħatejn u nofs, wara ftehim li hemm mal-Wasteserv.
Il-kap tal-Operat ta’ WEEE Malta Sergio Mallia spjega il-proċess ta’ din il-ħidma, kif ukoll li issa iċ-ċentru tal-Imrieħel ħa r-ruħ mill-materjal li kellha qabel.
Fl-aħħar ġimgħatejn u nofs WEEE Malta mill-Imrieħel biss għabbiet mal-ħdax-il trailer għall-esportazzjoni ta’ dawn il-freezers u hawnhekk kif qed taraw warajja il-post kważi imbattal mill-fridges u l-freezers li sa ftit ġimgħat ilu kien kważi impossibli li tgħaddi.
Is-sur Mallia spjega wkoll l-isfidi ta’ dan l-operat, fosthom li trid ħafna dokumentazzjoni u prmessi li jieħdu l-ħin sabiex jiġi esportat il-materjal barra minn Malta, kif ukoll li jilħqu l-miri ambjentali skont il-liġijiet stipulati.
Sfortunatament ħafna mill-fridges u ħafna mill-freezers li aħna niġbru qed ikunu vvandalizzati mill-kumpressur jew inkella mill-cable li sfortunatament dawn qed jiġu maqlugħin illegalment u anka mibjugħa fuq l-idejn ġo faċilitajiet mhux akkreditati.