Kanzunetta b’messaġġ b’saħħtu rebħet l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-festival ta’ Sanremo, festival segwit minn bosta Maltin. B’dan il-festival Taljan li kull sena jittella’
Kantant t’oriġini Albaniża u ieħor Taljan rebħu t-tmienja u sittin edizzjoni tal-festival popolari Sanremo b’kanzunetta b’messaġġ b’saħħtu.
Il-kanzunetta Non mi avete fatto niente titkellem dwar il-gwerer u t-terroriżmu li primarjament laqat bliet Ewropej.
Ermal Meta u Fabrizio Moro kienu fost il-favoriti li jirbħu Sanremo, li b’pompa liema bħala reġa’ itella’ fit-teatru Ariston.
Fit-tieni post ġie l-grupp Lo Stato Sociale bil-kanzunetta Una vita in vacanza filwaqt li fit-tielet post ġiet Annalisa, bil-kanzunetta Il mondo prima di te.
F’konferenza tal-aħbarijiet wara li ntemm il-festival ta’ Sanremo, ir-rebbieħa sostnew li huma lesti li jirrapreżentaw lill-Italja fil-Eurovision Song Contest bl-istess kanzunetta li rebħu biha.
Sa issa hux magħruf jekk din hux se tiġi aċċettata mill-organizzaturi tal-Eurovision minħabba li l-kliem tal-kanzunetta jista’ wkoll għandu messaġġi politiċi warajh.
Xi ħaġa li l-Eurovision ma taċċettax.
Sadanittant hekk kif ġew ippreżentati bit-trofew ta’ Sanremo, Ermal Meta u Fabrizio Moro ddedikaw is-suċċess tagħhom f’Sanremo lejn l-għeżież tagħhom.