Emma Muscat tkompli bil-promozzjoni tal-kanzunetta ”I am what I am” li biha ser tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest ta’ Mejju li ġej. Fl-aħħar siegħat Emma ħadet sehem waqt ”Tel Aviv Calling” f’Iżrael fejn hemmhekk interpretat il-kanzunetta waqt spettaklu mill-isbaħ.
Segwi lil Emma Muscat f’Iżrael, hawn:
Xahar ‘l bogħod mill-Eurovision Song Contest, mad-djar tal-imħatri, l-Ukrajna jibqgħu l-favoriti li jirbħu l-festival ta’ din is-sena, bit-Taljani jinsabu t-tieni favoriti. Malta tinsab lura ħafna u dan ifisser li skont id-djar tal-imħatri, Malta tista’ ma tgħaddix għal finali ta’ din is-sena.