Fl-aħħar episodju tas-sensiela Għaqda Għoqda, se naraw lill-Kappillan itella’ u jniżżel jekk jaċċettax l-offerta tal-Isqof biex imur missjoni fl-Afrika.
Min-naħa l-oħra, wara l-fjask li sar fl-organiżżazzjoni tal-attivita t’Għawdex, il-President Salvu Fiteni jirriżenja minn kariga ta’ President tal-każin u jħabbar li anka Mario irriżenja mil-kumitat tal-każin. Nindunaw li Mario irriżenja minn kariga ta’ kaxxier biex ikun jista jikkontesta għal-kariga ta’ President. Joyce titfa nomina bil-moħbi f’isem żewġha, biex Robbie ukoll jikkontesta l-elezzjoni għal-kariga ta’ President.
Albert jiġi avviċinat minn Mario biex jgħinu fl-elezzjoni u jwiegħdu affarijiet sbieħ jekk jiġi elett Mario bħala President. Billi l-avversarju ta’ Mario huwa missier Albert stess, Albert jinsab bejn ħaltejn lil min għandu jgħin. Albert jiddeċiedi li jgħin lil Robbie, u bl-għajnuna ta’ Leli u Terry, fassal pjan dettaljat kif jaċċerta ruħu li r-riżultat tal-elezzjoni ikun dak li jixtieq hu.
Segwi hawn x’se tara fl-aħħar episodju li jixxandar il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu fit-8:35pm fuq ONE