Ela Cachia hija tfajla ta’ 14-il sena , li għalkemm għadha ta’ età żgħira xorta waħda taspira għal ħafna suċċessi fil kant. Fil-fatt, ghalkemm ilha biss għaxar xhur li bdiet fix-xena tal-mużika diġa’ qed tikseb suċċessi anki barra minn xtutna.
Ela tattendi l-iskola ta’ LA VOIX u l-għalliema tal vuci tagħha hija Maria Luana.
Dawn l-aħħar xhur Ela ħadet sehem f’żewġ festivals fl-Estonia fejn kisbet it-tieni post u fil-Polonja fejn kisbet l-ewwel post. Ħadet ukoll il-premju għall-overall winner.
Ela ħarġet l ewwel vidjo mużikali fejn rajna l interpretazzjoni tagħha tad diska Mad World.