Ela Mangion il-kantanta Maltija ta’ 12-il sena ser tkun qed tieħu sehem fil-Junior Eurovision Song Contest nhar il-Ħadd li ġej 25 ta’ Novembru 2018 fil-kapitali Minsk fil-Belarus bil-kanzunetta ‘Marchin’On.’
Ela s’issa rċeviet bosta kummenti pożittivi anke dwar il-karattru tagħha u iżjed minn hekk, dwar il-vuċi sabiħa li għandha.
Flimkien magħha hemm tim ta’ 4 żeffiena: Giulia Schembri, Solei Grixti, Luca Attard u Kylie Galea mill-Kinetic Dance Academy li flimkien se joffru spettaklu sabiħ u magħqud.
Malta rebħet il-Junior Eurovision Song Contest darbtejn: fit-30 ta’ Novembru tal-2013 bil-kanzunetta ‘The Start’ mill-kantanta Gaia Cauchi u fil-21 ta’ Novembru 2015 bil-kanzunetta ‘Not My Soul’ mill-kantanta Destiny Chukunyere.
Sanadittant, Awguri Ela.