It-Tnejn 20 ta’ Jannar, il-President Elett tal-Istati Uniti Donald Trump jieħu l-ġurament tal-ħatra. Għaldaqstant, ONE se jkun qed iwassal edizzjoni speċjali tal-programm BIL-FATTI.
Din l-edizzjoni ser tibda siegħa qabel il-ħin skedat tas-soltu. Dirett mill-5pm ‘il quddiem b’xandira li matulha se jitwasslu filmati diretti mill-Istati Uniti u diskussjoni fl-istudju waqt l-inawgurazzjoni u l-ġurament tal-ħatra ta’ Donald Trump bħala President tal-Istati Uniti.
BIL-FATTI, edizzjoni speċjali, bi preżentazzjoni ta’ Dorian Cassar u Claudia Cuschieri, t-Tnejn 20 ta’ Jannar, fil-5pm fuq ONE