28 kamra tan-nar li jaħdmu fuq bażi volontarja ingħataw €5,000 kull wieħed biex isaħħu s-sigurta fil-piroteknika.
Din hija t-tieni sena konsekuttiva li kmamar tan-nar Maltin se jkunu qed jingħataw din s-somma mill-fond tal-kmamar tan-nar li jaħdmu fuq bażi volontarja tal-Kunsill Malti għall-Arti.
28 kamra tan-nar ingħataw €5,000 kull wieħed biex isaħħu s-sigurta fil-piroteknika. Għat-tieni sena konsekuttiva qed tingħata l-għotja mill-fond għall-kmamar tan-nar li jaħdmu fuq bażi volontarja, tal-Kunsill Malti għall-Arti.
Iċ-Ċermen tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall saħaq li dan huwa investiment f’infrastruttura iżjed sigura għall-kmamar tan-nar.
Il-Ministru għall- Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici saħaq kif permezz ta’ dawn il-flus, kmamar tan-nar differenti qed jagħmlu proġetti kbar.
“Hemm diversi affarijiet x’jistgħu isiru fosthom postijiet fejn wieħed inixxef, speċi ta’ serra fejn wieħed inixxef ix-xogħol f’ambjent sigur. Fire Extinguishers, metodi ta’ tifi tan-nar f’każ li allahaħares qatt ikun hemm bżonn. Insomma hemm ħafna mekkaniżmi li bl-għajnuna ta’ dawn il-fondi ikunu jistgħu jinvestu fihom tal-kmamar tan-nar sabiex isaħħu s-sigurtá tagħhom.”
ONE NEWS tkellem ma’ Frank Zammit mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp f’Ħal Għaxaq li fisser kif dan kien l-ewwel Gvern li ta widen u għen lil dawk li jaħdmu fil-kmamar tan-nar f’pajjiżna.
“ Din se tkun it-tieni darba, l-ewwel darba kienet is-sena li għaddiet, , jiġifieri u nemmnu u nirringrazzjaw lill-Gvern li qiegħed jieħu ħsieb u jinvesti wkoll f’dawn il-postijiet tant għal-qalbna wara kollox.”
Flimkien mal-għotja ta’ €5,000, l-kmamar se jingħataw kaxxa tal-ewwel għajnuna. Dan filwaqt li persuna minn kull kamra tan-nar se jingħataw kors tal-ewwel għajnuna.