Minn nhar l-Erbgħa, 16 t’April sa Ħadd il-Għid, ONE se jkun qed ibiddel l-iskeda tiegħu sabiex ixandar xandiriet u programmi speċjali marbuta mal-jiem Imqaddsa.
Kif bosta, ilhom isegwu permezz ta’ promozzjoni fuq it-televiżjoni, wieħed mill-programmi speċjali li ONE qed iħejji huwa propju d-dokumentarju RANDAN.
Dan id-dokumentarju se jixxandar mill-Erbgħa tat-Tniebri sa Sibt il-Għid. Erba’ episodji mimlija intervisti, filmati, tgħarif u viżwal dwar il-kult tal-Ġimgħa l-Kbira f’pajjiżna.
RANDAN se jixxandar hekk kif ġej:
L-ewwel episodju, l-Erbgħa tat-Tniebri 16 t’April fit-8:05pm b’repetizzjoni f’Ħamis ix-Xirka fis-7:15am
It-tieni episodju, Ħamis ix-Xirka 17 t’April fit-8:05pm, b’repetizzjoni fil-Ġimgħa l-Kbira fis-7:15am
It-tielet episodju, fil-Ġimgħa l-Kbira 18 t’April fit-8:05pm, b’repetizzjoni f’Sibt il-Għid fis-7:15am
Ir-raba’ epsiodju, f’Sibt il-Għid 19 t’April fid-9:15pm, b’repetizzjoni f’Ħadd il-Għid fis-7:15am
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI