L-emozzjonijiet huma kbar, hekk kif din il-ġimgħa Joseph Chetcuti u l-ġurija internazzjonali magħmula minn Nate Morrison, Sarah Harrison u Verdiana jgħaddu għat-tieni ġimgħa tal-kwarti tal-finali u b’hekk jitħabbru min ser ikunu l-14-il semifinalist li jersqu dejjem aktar qrib sabiex jirbħu t-total ta’ €30,000 sabiex dawn iż-żgħażagħ eċċezzjonali jinvestu għall-avvanz tat-talent inkredibbli tagħhom!
Fil-programm ta’ din il-ġimgħa se naraw kif l-isfida li BRILLANTI SINGERS ta lill-parteċipanti kienet waħda iebsa ferm hekk kif fi ftit siegħat dawn il-parteċipanti kellhom jitgħallmu kanzunetta mtella’ bix-xorti u biha jagħtu l-prestazzjoni tagħhom quddiem il-ġurija.
Min ser ikunu s-semifinalisti ta’ BRILLANTI SINGERS? Min ser jegħleb din l-isfida kiefra u joħroġ bl-unuri? Ir-riżultati jitħabbru fl-aħħar tal-programm u lestu ruħkom għal sorpriżi kbar!
BRILLANTI SINGERS, l-Erbgħa 02 ta’ April fid-8:45pm fuq ONE