Id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista komplew jikxfu l-iskumdità tagħhom b’rabta mad-Dokument ta’ qabel il-Budget tal-Partit Nazzjonalista.
Dan deher biċ-ċar b’mistoqsijiet li għamel ONE News lil wħud mid-Deputati ta’ Bernard Grech barra l-Parlament.
Fosthom, kien hemm id-Deputat Charles Azzopardi li meta mistoqsi dwar dan id-dokument, ma riedx jagħti kummenti.
Ġurnalist – “Sodisfatt bil-Pre Budget Document tal-Partit Nazzjonalista?”
Charles Azzopardi – “ M’għandix kummenti x’nagħmel.”
Ġurnalist – “Ma jimpurtakx li l-midja indipendenti sejħitlu ‘imbarazzanti?”
Charles Azzopardi – “M’għandix kummenti x’nagħmel. Mhux importanti il-kummenti.”
Intant Ivan Bartolo tas-6pm qal li huwa sodisfatt bid-dokument li ġie deskritt bħala wieħed mimli tgerfix mill-midja indipendenti.
Ġurnalist – “Sodisfatt bil-Pre Budget Document tal-Partit Nazzjonalista?”
Ivan Bartolo – “Għalfejn le?”
Saħansitra mar kontra dak li qalet il-midja indipednenti.
Ġurnalist – “Il-midja indipendenti ddeskrivietu bħala imbarazzanti imma.”
Ivan Bartolo – “Ma naħsibx li huwa imbarazzanti ta’ jiena.”
Dawn id-dikjarazzjonijiet skomdi jkomplu jżidu ma’ oħrajn qabilhom minn deputati oħrajn tal-Partit Nazzjonalista dwar dan id-dokument.
Fost oħrajn kien hemm dawk mid-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ, li rreaġixxiet għall-istorja li żvela ONE News fejn inkixef kif il-Partit Nazzjonalista ħassar numru ta’ konferenzi skedati biex jispjegaw id-Dokument ta’ Qabel il-Budget.
Dan minħabba l-kritika kbira li dan id-dokument attira u kif fid-dawl ta’ dan l-istess Deputati tal-Partit Nazzjonalista ma’ ħassewhomx komdi jitkellmu dwaru.
Affaċċjata b’mistoqsija dwar dan, Attard Previ sostniet li kien hemm ‘raġunijiet.’
“Ġurnalist – “Il-Partit Nazzjonalista qal li kellhom isiru numru ta’ press conferences biex jispjega dan id-dokument. Għaliex ma sarux?”
Graziella Attard Previ: “Żgur illi x-schedule ta’ kif jitqassam ix-xogħol kellu jitwettaq.”
Ġurnalist – “Ma twettqux imma dawn il-press conferences.”
Graziella Attard Previ: “Żgur li jkun hemm raġunijiet.”