Wara sagħtejn jikkritika l-baġit 2019, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia indirizza konferenza tal-aħbarijiet. Quddiem il-ġurnalisti, bħal m’għamel tul id-diskors tiegħu, Adrian Delia allega għal bosta drabi li għola l-prezz tal-ħalib.
Staqsejnih dwar kemm għola l-ħalib, izda Delia ma kienx jaf bl-iskuza li ma jmurx jixtri…
Iżda fil-verità l-ħalib ma għoliex. Fid-diskors tiegħu Adrian Delia qal li l-baġit ma indirizzax l-problemi soċjali. Iżda fil-konferenza tal-aħbarijiet, ġurnalisti indipendneti fakkru lil Adrian Delia f’għadd ta’ mizuri li daħħal il-gvern immirati sabiex jkompli jgħin il-familji. Iżda Delia insista li bil-baġit għall-2019, il-Gvern “għaġġel” u jinsab “bla pjan”.
Intant fil-konferenza tal-aħbarijiet, ġurnalisti indipendenti ħatfu l-opportunità sabiex jistaqsu lil Adrian Delia dwar l-ewroparlamentari nazzjonalista David Casa.
L-eks impjegat ta’ David Casa kiteb lill-entità tal-Unjoni Ewropea kontra l-Frodi l-OLAF, fejn allega li fl-2009 f’dokumenti tat-taxxa kien imniżżel li rċieva iktar minn €100,000 paga. Madankollu f’dikjarazzjoni ġuramentata sostna li ma ħax iktar minn €40,000.
Dan sabiex, skont l-eks impjegat, l-uffiċċju ta’ David Casa jkun jista’ jżomm il-bqija tal-flus għall-użu tiegħu mingħajr ma jirritorna l-flus lill-Parlament Ewropew.
Iżda mistoqsi dwar dan Adrian Delia dawwar id-diskors fuq il-baġit għax skond hu David Casa diġà ta it-tweġiba tiegħu:
“David Casa, għal iktar minn darba għamel l-pożizzjoni tiegħu ċara, u jien illum nixtieq nitkellem dwar il-baġit”.
L-eks impjegat ta’ Casa għamel l-allegazzjonijiet f’affidavit ġuramentat dwar il-vizzju tad-droga kokaina li kellu bejn l-2009 u l-2017.
Fl-affidavit l-eks impjegat ta’ Casa qal fi tmiem il-ġimgħa li l-ewro parlamentari kien iqatta l-iljieli f’lukandi fejn kien jiġi persuna partikolari jbigħ id-droga kokaina lil Casa, li min-naħa tiegħu kien iħallsu fil-pront. Żied jingħad li f’dawn is-sessjonijiet Casa kien jonfoq bejn €600 u €700.