Ix-xogħlijiet fuq il-mollijiet u l-iskali fil-Menqa tal-Port tal-Imġarr jinsabu fl-aħħar fażi bħala parti minn proġett ta’ sitt miljun ewro biex jitjiebu l-faċilitajiet tas-sajjieda f’din iż-żona.
Aktar minn 7,800 tunellata ta’ konkos u mas-600 tunnellata azzar, qed jintużaw biex jinbnew mill-ġdid. Fix-xhur li ġejjin ser jiġu installati erba’ puntuni ġodda b’90 post għall-irmiġġ.
Dan se jassigura aċċessibilità aħjar u iżjed spazji ġodda fejn is-sajjieda jistgħu jorbtu b’mod sigur l-opri tal-baħar tagħhom.
L-Aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta se toħloq ukoll faċilità ġdida fejn issir is-separazzjoni tal-iskart li jiġi ġġenerat mill-ħidma tagħhom.
Dan il-proġett mistenni jkunn lest sas-Sajf u se jagħti dehra aktar organizzata u isbaħ lill-Port tal-Imġarr li jara mhux biss sajjieda iżda jilqa’ fih ukoll bosta residenti Għawdxin u turisti.