L-Ewro Parlamentari Nazzjonalista David Casa, id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina u l-eks kap Simon Busuttil appoġġjaw diskors kontra l-oppożiżżjoni Nazzjonalista mmexxija mill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Waqt iż-żewġ diskorsi ta’ velja oħra organizzata fis-satra tal-lejl quddiem il-bini tal-Qorti, il-blogger Manuel Delia u oħt il-blogger Daphne Caruana Galizia ddedikaw parti mid-diskors tagħhom sabiex jgħidu lill-oppozizzjoni ta’ Adrian Delia hija rieqda.
Dan il-kliem sab l-appoġġ ta’ numru ta’ deputati u ewro parlamentari Nazzjonalisti li għal darba oħra reġgħu rħewlha sabiex ipoġġu l-fjuri u jixgħelu x-xemgħa quddiem l-inkwatru ta’ Caruana Galizia.
Minkejja li skond Adrian Delia l-partit tiegħu issa jinsab magħqud, Casa, Aquilina u Busuttil ma ddejqu xejn milli jċapċpu meta ntqal li Caruana Galizia nqatlet meta nbidlet it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
Fid-diskorsi spikkaw ukoll kif il-konklużonijiet tal-Inkjesta Egrant ma kinux biżejjed għall-hekk imsejħa soċjetà ċivili meta saħqu li l-konklużjonijiet tal-Qorti m’humhiex biżzejjed u li l-Prim Ministru għandu jiġi arrestat.