David Casa, mill-ġdid sostna li se juża l-mezzi kollha barra minn xtutna biex ikompli jħammeġ isem pajjiżna.
Dan waqt il-programm Vi jew Va mxandar fuq l-istazzjon nazzjonali meta ġie mistoqsi dwar il-kariga tal-Professur Edward Scicluna bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ pajjiżna.
Dan fid-dawl tal-akkużi fil-konfront tiegħu xprunati mill-inkjesta tal-Vitals u li tmexxiet mill-Maġistrat Gabriella Vella.
Wara li l-Ħamis sostna kif kiteb ittra lill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Christine Lagarde dwar il-pożizzjoni ta’ Edward Scicluna, issa Casa qal hekk.
David Casa – “Iva għandi tools fil-PE u se nużahom u se nużahom kollha.”
Ġurnalist: “Però int għidt mezzi li għadek ma użajtx.”
David Casa – “Użgur hemm ħafna metodi imma mhux ħa ngħid naturalment x’se nagħmel.”
Din irrepetiha aktar minn darba.
“Se nuża l-mezzi għad-disponibbiltà tiegħi bħala deputat.”
Apparti minn hekk Casa rrimarka wkoll li se jkun qed juża’ s-saħħa kollha li jtih il-Parlament Ewropew
“Jien naturalment is-saħħa li jtini l-PE se nużaha kollha.”
Intant, Casa sostna wkoll li l-inkjesta maġisterjali li minnha ġew xprunati l-akkużi inkwistjoni, ma ġietx tiswa ħafna.
“€11-il miljun, le €11-il miljun mhumiex għoljin.”
Mistoqsi wkoll mill-ġurnalist jekk użax kliem iebes fil-konfront tal-Laburisti meta ddikjara “gwerra qaddisa” kontrihom Casa mhux talli ma rtirax kliemu talli qal li kien pulit.
Ġurnalist – “Jiddispjaċik li użajt forsi kelma daqtstant iebsa?”
David Casa – “Assolutament li le. Gwerra qaddisa pulita.”