Wara l-parteċipazzjoni tiegħu fl-edizzjoni tal-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, Dario Bezzina nieda l-vidjo mużikali uffiċjali tal-kanzunetta ‘Bridle Road’. Il-kanzunetta hija miktuba minn Charlie Mason, Martin Alenmark u Darren Michaels.
Fuq produzzjoni u direzzjoni ta’ Adrian Saliba minn Rikordja, il-vidjo mużikali jqanqal nostalġija u jwassal xeni li jirriflettu t-tfulija ta’ l-istess kantant. Kanzunetta li tfakkarna li iktar ma tikber, iktar tibda tara l-ħajja minn perspettiva differenti u twassal l-importanza ta’ kemm għandek tapprezza l-affarijiet ż-żgħar li forsi fit-tfulija ma’ kinux ta’ valur għalik. F’dan il-proġett ħadu sehem diversi atturi rinomati; fosthom Liam Gray, Evelyn Saliba La Rosa u Clint Grech.
Segwi hawn il-vidjo mużikali: