Membri tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tliet vetturi tat-tifi tan-nar bħalissa għaddejjin b’operazzjoni biex jikkontrollaw nirien li ħakmu dar fir-Rabat fil-limiti ta’ Għar Barka.
Huwa mifhum li ħadd ma kien qiegħed fid-dar waqt li kien għad hemm in-nirien.
Il-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jidħlu minn dar biswit id-dar maħkuma min-nirien.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.