It-Tnejn filgħaxija, tkompli s-sensiela KWIR, l-ewwel drama lokali LGBTIQ+ li qed tixxandar esklussivament fuq ONE.
Fit-tminn episodju, naraw lil Connor jissielet mal-emozzjonijiet tiegħu hekk kif jilqa’ żewġ persuni differenti fil-ħajja tiegħu; Lysander u Izan. Bħal f’ħolma, jara x’jista’ jkun il-futur, imma r-realtà ttih daqqa ta’ ħarta meta Lysander jibda jifhem aktar dwaru nnifsu.
Mill-banda l-oħra, Henry, il-performer anzjan tal-bar, jgħid storja qawwija dwar il-passat tiegħu u l-ġlieda tiegħu biex ikun hu nnifsu.
KWIR jixxandar fid-8:45pm, it-Tnejn 24 ta’ Frar fuq ONE