Ilbieraħ filgħaxija, l-ambaxxatriċi Maltija għall-Eurovision kienet fil-kapitali Olandiża biex tippromwovi l-kanzunetta Maltija ‘Taboo’.
Christabelle tat interpretazzjoni eċċellenti u ntlaqgħet b’mod tajjeb f’kunċert li sar Amsterdam li għalih attendew madwar 5,000 ruħ.
F’dan il-kunċert kien hemm il-parteċipanti minn 31 pajjiż ieħor li se jikkompetu f’Mejju li ġej f’Lisbona.
Matul il-jum tas-Sibt, Christabelle kienet intervistata minn għadd ta’ ġurnalisti barranin; biex serviet ta’ promozzjoni għal pajjiżna u għall-kanzunetta tal-kantanta Maltija.
Sadanittant ara l-interpretazzjoni ta’ Christabelle hawn.