Hekk kif aktar qed joqrob iż-żmien għall-Eurovision Song Contest, l-ambaxxatriċi Maltija, Christabelle, kienet l-Islovenja biex tkompli tippromwovi l-kanzunetta li se tirrappreżenta lil pajjiżna biha, Taboo. Hi kantat fuq stazzjon televiżiv tal-Islovenja fejn intlaqgħet tajjeb minn dawk preżenti.
Christabelle se tkun qed tirrappreżenta lil Malta f’Lisbona f’Mejju li ġej.