L-aħmar u l-blu. Żewġ kuluri li ddominaw it-triq prinċipali tal-Ħamrun, f’jum il-festa ta’ San Gejtanu.
ONE News mar fit-triq prinċipali tal-Ħamrun, fejn tkellem ma’ wħud minn dawk li ċċelebraw din il-festa. Hawnhekk stajna ninnutaw is-sentiment ta’ briju u festa.
Il-festa tal-Ħamrun din is-sena hija waħda speċjali, hekk kif fiż-żmien li ġej, il-vara ta’ San Gejtanu se tittella’ Ruma u l-Vatikan.
Dan se jseħħ fl-okkażjoni tal-500 anniversarju minndu twaqqfu l-patrijiet tat-Teatini.
Din il-festa hija speċjali għall-istazzjon ONE, hekk kif l-ewwel xandira kienet permezz ta’ kollegament fit-telefon ċellulari mill-festa fil-Ħamrun.