Baqa’ biss 100 jum għat-8 ta’ Ġunju. Il-ġurnata li fiha l-Maltin u l-Għawdxin huma mistiedna sabiex jipparteċipaw fil-proċess demokratiku u joħroġu jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.
F’dan il-jum, il-Partit Laburista ħejja filmat fejn qal li dan huwa ż-żmien sabiex il-poplu Malti, tim Malta, jingħaqad flimkien u jkun hu li jiddeċiedi l-futur tiegħu.
Kif anke qal il-Prim Ministru Robert Abela, huwa l-Partit Laburista, il-partit fil-Gvern biss li jista’ joffri serħan il-moħħ, stabbilità, opportunitajiet, paċi u kwalità ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini tiegħu.