Dik li qed tkun deskritta bħala “massa ta’ nar brillanti” xegħelet is-sema bil-lejl fuq partijiet mir-Renju Unit. Esperti fix-xjenza qed jgħidu li din kienet debris spazjali.
L-awtoritajiet li jispeċjalizzaw fil-meteoriti fir-Renju Unit irċevew aktar minn 200 rapport ta’ dan il-“ballun tan-nar” li kien innutat fis-sema bil-lejl, għall-ħabta tad-disa’, ħin Ingliż.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Wara li studjaw il-filmati tal-inċident, issa huma tal-opinjoni li dan kien “skart tal-ispazju”.
Dawk li lemħu l-ballun tad-dawl fis-smewwiet fuq partijiet tal-Iskozja, it-Tramuntana tal-Ingilterra u l-Irlanda ta’ Fuq.