Il-formatt il-ġdid tal-Premier League Malti se jiġi diskuss waqt AWLA ta’ din il-Ġimgħa. Il-programm se jistaqsi: Issa li qed nesperjenzaw dan il-formatt, għadna xettiċi? kienet ta’ benefiċċju għat-timijiet Maltin? Din il-bidla ssarrfet f’aktar sapport fil-grawnd?
Dan u aktar se jkun diskuss ma’ Dr Joseph Muscat, Chairperson tal-Malta Premier League, Matthew Paris il-Viċi President tal-MFA, il-President ta’ Ħamrun Spartans Joseph Portelli u t-tim Manager ta’ Hibernians FC Jesmond Abela
AWLA dwar il-Premier League Malti jixxandar it-Tlieta 25 ta’ Frar fid-8:45pm fuq ONE