Il-bini li fih kien hemm l-uffiċji tal-midja internazzjonali fosthom Al Jazeera li jisab fl-Istrixxa ta’ Gaza spiċċa terrapien hekk kif intlaqat minn attakk mill-ajru mill-forzi Iżraeljani. Fl-istess bini kien hemm ukoll xi appartamenti.
Għad mhux magħruf jekk kienx hemm vittmi fl-attakk li seħħ is-Sibt wara nofsinhar, madanakollu kien hemm twissijiet biex in-nies jiġu evakwati mill-bini li fih 11-il sular qabel ma seħħ l-ibbumbardament.
Intant, aktar kmieni dalgħodu attakki oħra mill-Iżrael fuq kamp tar-refuġjati qatel żewġ nisa u tmint itfal.
Dan huwa l-ħames jum ta’ ġlied kontienwu bejn l-Iżrael u l-Palestina.