Il-Pulizija arrestat raġel Malti li allegatament pprova jabbuża sesswalemtn studenta li kienet għadha kif ħarġet mill-MCAST f’Raħal Ġdid. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:30 p.m. meta allegatament ir-raġel li għandu madwar 50 sena resaq lejn it-tfajla, qabdilha rasha u talabha biex tagħmel atti indiċenti miegħu.
Kien intervent f’waqtu ta’ numru ta’ persuni li raw dan l-att quddiem għajnejhom li waqqfu lir-raġel milli jkompli b’dan l-attentat fuq it-tfajla. Xhieda fuq il-post qalu lil one.com.mt li r-raġel daħal jistaħba fil-Knisja ta’ Sant Antnin li tinsab quddiem il-Moskea. Minnufih fuq il-post waslu għadd ta’ Pulizija tar-Rapid Intervention Unit li arrestaw lir-raġel wara li wettqu tfittxija fuqu.
Huwa ttieħed l-Għassa ta’ Raħal Ġdid għal aktar stħarriġ.