Din hija Ċettina Fiteni, Bormliża li llum qed tirringrazzja lil Alla li sellifha mitt sena minn ħajjitha.
Iżda għalkemm ħadd ma seta’ jidħol fid-dar tal-anzjani ta’ Bormla fejn tgħix Ċettina biex jawguralha f’għeluq sninha, uliedha, il-qrabatha, il-ħaddiema fid-dar tal-anzjani u sħabha li jgħixu magħha għamlulha sorpriza mill-isbaħ minn barra u fid-dar.
Waqt li Ċettina kienet qed titpaxxa tisma’ l-mużika u tara lill-qrabatha jiżfnu, dan l-istazzjon tkellem ma’ waħda mill-ħames uliedha, fejn qalet kemm ommhom għadha fuq tagħha b’enerġija żagħżugħa.
Bint Ċettina qalet, “Ommi llum qed tiċċelebra mitt sena tiftakar ħafna għax il-memorja tagħha għadha tajba, twieldet Bormla, Għexet Bormla u anke l-Home ta’ Bormla baqgġet… Ħuti dejjem trabbejna ma’ xulxin dejjem rabbietna sew… nirringrazzja lill-carers ta’ kemm għamlu ma’ ommi għal din il-festa għalkemm ma dħalnix ġewwa xorta ċċelebrajnih ma’ ommi.”
U hemmek ħallejna lill-Ċettina tgawdi dan il-mument, tifraħ kemm tista’ b’din is-sorpriża, tnaqqar xi ħaġa tajba f’din il-ġurnata speċjali u xi kultant titfa’ bewsa lin-neputijiet tagħha li ilha ma tara.